Carnival Cake
Ingredients
- Pakkett ta’ 24 sponge fingers.
- 100 g cikkulata mqatta’.
- 200 g cirasa mqatta’ f’ nofsijiet.
- 100 g konfettura.
- 100 g prinjoli.
- 50 g lewz imqaxar, inkaljat hafif u mqatta’.
- 50 g cikkulata plain mahlulha biex izzejjen.
- Ghall-krema;
- Pakkett ta’ madwar 230 g butir mhux mielah.
- 5 imgharef icing sugar.
- 200ml halib tal-bott maqghud.
- 4 imgharef rum.
- Kuccarina vanilla.
- Ghall- kisi;
- 450 g zokkor.
- 50ml ilma.
- Abjad ta’ zewg bajdiet kbar.
- Kuccarina vanilla.
- Ponta ta’ kuccarina cream of tartar.
Instructions
- Rattab il-butir u hawwad ma’ l-icing sugar. Zid il-halib bil-mod, hawwad, u wara zid ir-rum u l-essenza tal-vanilla. Hawwad tajjeb bil-mixer ghal madwar 2 minuti.
- Warrab ftit cirasa, lewz u prinjoli biex izzejjen. Go skutella ikser il-fingers f’biccied daqs dadi zghar.
- Zid ic-cirasa, il-lewz, il-konfettura, il-prinjoli, ic-cikkulata mqatta’ u l-krema tal-butir. Hallat kollox tajjeb. Iksi skutella bl-aluminium foil u poggi it-tahlita. Illixxa sew u halli toqghod fill-fridge ghal madwar 5 sieghat.
- Ohrog il-prinjolata minn gol-forma u poggi fuq platt. Dewweb ic-cikkulata plain go “banju maria”.
- Holl iz-zokkor u l-ilma go kazzola fuq nar moderat.
- Hawwad tajjeb u halli t-tahlita tghali fuq nar gholi ghal madwar 8 minuti. Sadanittant habbat l-abjad tal-bajd flimkien mal-cream of tartar sakemm ikollok xkuma. Bil-mod hafna, zid it-tahlita taz-zokkor tahraq waqt li thabbat il-hin kollu bill-mixer sakemm tara li jkollok xkuma maghquda. Iksi il-prinjolata, halliha tibred , u zejjen bic-cikkulata mahlulha, cirasa, lewz u prinjoli.
By Peter Dacoutros